Robert Brincau Jinħatar Bħala Direttur Tal-Ħabs – Is-Sospensjoni Ta’ Dalli Hija Waħda Permanenti

 Robert Brincau Jinħatar Bħala Direttur Tal-Ħabs – Is-Sospensjoni Ta’ Dalli Hija Waħda Permanenti

Is-sospensjoni temporanja ta’ Alex Dalli bħala Direttur tal-Ħabs issa hija waħda permanenti. Dan ħabru l-Ministru għall-Intern Byron Camilleri waqt konferenza tal-aħbarijiet wara li ġiet konkluża l-inkjesta ministerjali li kien ordna l-Ministru stess.

Waqt din il-konferenza ġew ippublikati l-konklużjonijiet tal-inkjesta kif ukoll mħabbra diversi miżuri ġodda.

Robert Brincau issa se jkun qed jinħatar bħala Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi. F’Novembru li għadda huwa kien nħatar bħala Aġent Kap Eżekuttiv wara li Alex Dalli kien issospenda lilu nnifsu.

Din id-deċiżjoni waslet wara li fil-ħabs kien hemm 14-il mewta u bosta kontroversji li qajmu dibattiti dwar it-tmexxija fil-Ħabs.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com