“Sabuna Pożittivi, Filgħaxija Morna L-Ikla U Bdejna L-Kwarantina L-Għada”
“Mhux billi nistgħaġbu kif iżidu n-numri. In-nies mhux kulħadd jagħti kas l-istess. Hemm min għandu rispett u hemm min jieħu kollox biċ-ċajt.” Hekk qalet magħna segwaċi tagħna fejn saħqet li għalkemm ma rridux nippannikkjaw, irridu nagħtu ftit kas ukoll.
Saħqet li waqt li kienet qed tieħu kafè, semgħet grupp ta’ żgħażagħ li kienu qed jagħmlu video call ma’ koppja oħra bl-ipad u semgħethom jgħidu li dawn instabu pożittivi, ħarġu filgħaxija għal xi ikla u bdew il-kwarantina l-għada.
Qalet li mhux sew ħabba l-egoiżmu tispiċċa jkollok tlaqqat il-virus jew xi kwarantina hekk, għalkemm saħqet li temmen li bir-rata li qegħdin fiha, kulħadd ser tmissu. “Imma xorta mhux serjetà, dik li l-ewwel jien u ma jimpurtanix mill-oħrajn.”
Fil-verità, kemm hawn min qed jagħmel hekk? kemm hawn min anke jikteb ismijiet u numri fittizji fuq il-listi tal-contact tracing?
Intom x’taħsbu dwar dan?!
Ritratt: Intuża biex jispjega u ma jurix il-persuni nvoluti.