Sewwieq Ta’ Mutur Jindarab Gravi F’Hit And Run F’Ħal-Lija
Sewwieq ta’ mutur indarab gravi f’każ li qed ikun investigat mill-Pulizija bħala hit and run.
L-aċċident seħħ ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tas-7:30pm, fi Triq il-Kbira, Ħal-Lija.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li seħħ inċident bejn mutur tal-għamla Sym Symphony misjuq minn Taljan ta’ 41 sena residenti Birkirkara u vettura li allegatament telqet minn fuq il-post tal-inċident.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.