Tħabbret Il-Mewt Ta’ Enzo Gusman – “Ingħaqad Mal-Mulej Fejn Mhux Se Jsofri Aktar”
Tħabbret il-mewt tal-kantant u preżentatur Enzo Gusman. Huwa miet fl-għomor ta’ 74 sena fil-Kanada fejn kien qed jgħix.
Din l-aħbar tħabbret minn martu stess Carmen fuq il-mezzi soċjali tagħha fejn sellmet il-memorja sabiħa tiegħu.
“Il-maħbub tagħna ħalla t-tbatija tiegħu warajh u issa ngħaqad mal-Mulej fejn mhux se jsofri aktar”, kitbet Carmen.
Martu Carmen qalet li l-inċident li kellu f’Awwissu tas-sena li għaddiet farraklu ġismu, iżda Enzo baqa’ jissielet kuljum għax kellu ħeġġa kbira għall-ħajja.
Hija żiedet tgħid li żewġha miet f’darhom imdawwar bil-familja tiegħu li tant kien iħobb.
Diversi personalitajiet sellmu lil Enzo Gusman permezz tal-mezzi soċjali tagħhom hekk kif ħarġet din l-aħbar.