Tifel Ta’ Sentejn Bi Ġrieħi Gravi Wara Li L-Vettura Li Kien Fiha Kellha Mpatt Ma’ Siġra

Ilbieraħ, għall-ħabta ta’ tmienja u nofs ta’ filgħaxija, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident fi Triq is-Saqqajja, r-Rabat.
Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara ta’ 35 sena residenti iż-Żurrieq, kienet qed isuq vettura Mazda Demio u kellha mpatt ma’ siġra. Fil-vettura kien hemm ukoll tifel ta’ sentejn.
Filwaqt li l-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi, it-tifel ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Iktar tard ġie iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.