Tikolx Minn Dawn In-Noodles
Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li huwa potenzjalment ikkontaminat bl-Ethylene oxide.
Isem tal-prodott: Xtra Hot flavoured instant noodles (Instant Pancit Canton Hot Chilli Xtra Big)
Ditta: Payless
Data tad-Durabbilità: 20/06/2023
Lott: 000050236
L-Ethylene oxide huwa pestiċida li l-użu tiegħu fl-ikel mhuwiex awtorizzat fl-Unjoni Ewropeja, iżda hu awtorizzat f’pajjiżi barra l-UE. Għalkhemm il-konsum tal-prodott mhux ta’ riskju immedjat, hemm riskju ikbar jekk ikel differenti li jkun ikkontaminat b’din il-kimika jittiekel għal perjodu ta’ żmien. Għaldaqstant, wieħed għandu jnaqqas kemm jista jkun il-konsum ta’ prodotti li jkun fihom din il-kimika, anke jekk f’livell baxx.