Titħabbar Il-Mewt Ta’ Papa Franġisku Bi Żball Fuq It-Televiżjoni

 Titħabbar Il-Mewt Ta’ Papa Franġisku Bi Żball Fuq It-Televiżjoni

Dalgħodu l-preżentatriċi ta’ ITV News Kylie Pentlow ħabret il-mewt tal-Papa Franġisku waqt li kienet qed tiddiskuti l-messaġġ li għamel il-Papa f’jum il-Milied.

Il-preżentatriċi ntebħet mal-ewwel bl-iżball u kkoreġiet lilha nnifisha u skużat ruħha.

Il-Papa Franġisku ta’ 85 sena għadu ħaj u fil-messaġġ tal-Milied tkellem fuq diversi temi fosthom fuq il-pandemija fejn iffoka ħafna mit-talb sabiex din il-pandemija tiġi fi tmiem. Tkellem ukoll dwar il-gwerer, il-vittmi tal-vjolenza domestika kif ukoll it-tfal u żgħażagħ li qed ibatu min xi forma ta’ abbużi.

Ara l-filmat:

Ritratt: The Mirror 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com