Titħabbar Inizjattiva Favur It-Tfal Vittmi Tal-Kriminalità

 Titħabbar Inizjattiva Favur It-Tfal Vittmi Tal-Kriminalità

“Ħafna drabi t-tfal ikunu l-iktar persuni li jitħallew b’ferita miftuħa wara li jkunu esperjenzaw reat; inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika”, tenniet Dr Lydia Abela fuq il-midja soċjali tagħha.

Ilbieraħ, Dr Lydia Abela flimkien mal-Ministru Byron Camilleri ħabbru inizjattiva sabiex tfal li jkunu sfaw vittma tal-kriminalità jkunu offruti li jirrikorru għal sessjonijiet magħmula mill-Korp tal-Pulizija bil-għan li jitgħallmu jiddefendu lilhom infushom filwaqt li jiżviluppaw ħiliet ġodda u kunfidenza bil-kapaċitajiet tagħhom stess.

“L-ebda tifel jew tifla ma ħaqqu jaqa’ lura u permezz ta’ dan it-taħriġ se ngħinu lit-tfal jinteraġixxu ma’ tfal oħra, jiffurmaw ħbiberiji u jibdew paġna ġdida”, temmet tgħid Abela.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com