Waqa’ Minn Sellum Waqt Li Kien Qed Jaħdem F’Ħal Far

 Waqa’ Minn Sellum Waqt Li Kien Qed Jaħdem F’Ħal Far

Ilbieraħ, għall-ħabta tal-erbgħa ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident fiż-Żona Industrijali ta’ Ħal Far.

Minn investigazzjoni preliminari rriżulta li Rumen ta’ 36 sena, weġġa` waqt li kien qed jaħdem fuq sellum f’sit ta’ kostruzzjoni u waqa’.

Hu ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija rigward dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com