Wara 16-il Sena Tispiċċa L-Era Politika Ta’ Angela Merkel
Ilbieraħ kienet immarkata t-tmiem ta’ era politika fil-Ġermanja, hekk kif Angela Merkel ħalliet l-uffiċju tagħha wara 16-il sena fil-poter.
Bħala l-ewwel Kanċillier mara fil-Ġermanja mexxiet il-pajjiż minn diversi kriżijiet u żminijiet diffiċli u fuq kollox mara ta’ eżempju u kuraġġ għal nisa oħra.
Olaf Scholz issa huwa l-kanċillier il-ġdid li ħa post Merkel. Huwa qed imexxi Gvern b’koalizzjoni bejn tliet partiti.
Scholz għandu 63 sena, u kien il-viċi-kanċillier wara Merkel. Dan qed ikun meqjus li se jassigura kontinwità fit-tmexxija li kellha Merkel.
Ritratt: Markus Schreiber