“Xejn Mhu Qed Jagħmel Sens U Jien Għajjejt…Il-Poplu Jeħtieġ Li Jgħix…Iżżejjed Kollu Żejjed.” – Sean Gravina

 “Xejn Mhu Qed Jagħmel Sens U Jien Għajjejt…Il-Poplu Jeħtieġ Li Jgħix…Iżżejjed Kollu Żejjed.” – Sean Gravina

Il-kok Sean Gravina dalgħodu fuq il-mezzi soċjali tiegħu kiteb “qed ngħixu l-aktar ħajja kontradittorja. Jien għamilt il-parti tiegħi, il-familja tiegħi għamlet il-parti tagħhom u għadni sfurzat li nilbes din il-maskra.” Dan wara li minn għada kif tħabbar mid-DPM Chris Fearne, il-maskra ħa tkun mandatorja kullimkien.

Bla dubju din l-aħbar ma niżlet xejn tajjeb ma bosta nies, hekk kif Malta għanda l-għola rata ta’ tilqim. Allura wieħed isaqsi għaliex qed nitlaqqmu?

“Xejn mhu qed jagħmel sens u jien għajjejt…qed nerġgħu nintalbu nieħdu l-booster u fl-istess ġimgħa qed niġu mġiegħla nilbsu l-maskra?” kompla jgħid Sean, filwaqt li qal li huwa jaqbel mat-tilqim, “imma mhux se nkompli nitlaqqam u ngħix b’dawn ir-restrizzjonijiet.”

Sean tenna li wasal iż-żmien li tittieħed deċiżjoni jew waħda jew oħra, mhux it-tnejn. “Il-poplu jeħtieġ li jgħix. Iżżejjed kollu żejjed.”

Sean Gravina temm jgħid li “dan se jiġri kull xitwa, ejja nibdew nidraw u nieqfu naħarbu mill-ovvju. Wasal iż-żmien li ngħixu, ilħaqna l-herd immunity u ħafna aktar, ejja ma nqabblux lilna nfusna ma’ pajjiżi oħra….iva għall-booster le għar-restrizzjonijiet.”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com