Żagħżugħ Ta’ 25 Sena Jinżamm Arrestat Wara Li Allegatament Ħebb Għal Żewġ Pulizija

Żagħżugħ mill-Guinea ta’ 25 sena li m’għandux indirizz fiss, ilbieraħ tressaq il-Qorti akkużat li fit-8 ta’ Diċembru, ħebb, hedded u kkaġuna ġrieħi ħfief fuq żewġ pulizija kif ukoll li m’obdiex l-ordnijiet tagħhom.
Aruna Djau wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.
Il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ż-żagħżugħ baqa’ miżmum arrestat.