Żewġt Irġiel Jindarbu Gravi Wara Argument F’Dar F’Ħaż-Żabbar
Żewġt irġiel indarbu gravi wara argument bejniethom.
Il-Pulizija qalet li l-argument inqala’ lbieraħ, għall-ħabta tal-10:00pm, f’residenza fi Triq il-Biċċieni, Ħaż-Żabbar.
Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li żewġt irġiel, ta’ 37 sena u 40 sena kellhom argument bejniethom u ġarrbu xi ġrieħi.
Iż-żewġt irġiel ittieħdu għall-kura fl-Isptar Mater Dei u aktar tard huma ġew iċċertifikati bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.