Żewġt Persuni Ħa Jitressqu L-Qorti Llum Wara Nofsinhar B’Diversi Akkużi
Illum, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ser tressaq żewġt irġiel l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco.
Fi stqarrija l-Pulizija qalet li raġel minnhom se jitressaq b’akkużi relatati ma’ arrest illegali, fastidju, użu ħażin minn apparat ta’ telekomunikazzjoni u theddid, fost oħrajn.
Il-persuna l-oħra ħa jkun akkużat li kkawża feriti fuq persuna oħra permess ta’ strument jaqta’ u bil-ponta, fost akkużi oħra.