23 Klijent Tan-Nutar Barbara Jiftħu Kawża Kontra Martu Biex Tirrifondi €165,000

 23 Klijent Tan-Nutar Barbara Jiftħu Kawża Kontra Martu Biex Tirrifondi €165,000

23 Klijent tan-Nutar Ivan Barbara, li miet f’April tas-sena li għaddiet fetħu każi quddiem il-Qorti kontra l-armla tiegħu, Rosanne Barbara Zarb. Il-klijent fetħu dawn il-proċeduri fil-Qorti biex jordnaw lil mart in-Nutar tirrifondi flejjes li kienu tawh bħala depożiti relatati ma’ proprjetà. Din is-somma allegatament tlaħħaq il-€165,000.

Fir-rikors li fetaħ l-avukat David Bonello f’isem dawn it-23 klijent qed jgħidu li meta talbu flushom lura lis-Sinjura Barbara Zarb, din qaltilhom li r-refużjonijiet ma jistgħux jiġu proċessati immedjatament u se jkollhom jistennew minħabba li kien hemm komplikazzjonijiet fil-ħruġ taċ-ċertifikat tal-mewt ta’ żewġha peress li miet fl-Indja.

Madanakollu mart in-Nutar kompliet tgħidilhom li l-proċess għadu għaddejj, anke meta ċ-ċertifikat kien ħareġ, sakemm allegatament ġew infurmati min-nutar ieħor fl-uffiċċju ta’ Ivan Barbara li martu kienet ċediet il-wirt ta’ żewġha.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com