28 Passiġġier Malti Maqbuda Abbord Cruiseliner Mistennija Jirritornaw Lura Malta L-Lejla

 28 Passiġġier Malti Maqbuda Abbord Cruiseliner Mistennija Jirritornaw Lura Malta L-Lejla

28 passiġġier Malti li kienu fuq btala fuq il-cruiseliner MSC Grandiosa ħa jkunu qed jirritornaw lura Malta l-lejla permezz ta’ titjira mill-ajruport ta’ Barċellona.

Dan wara li fuq il-vapur instabu 150 persuna pożittiva għall-Covid-19, minn 4,000 persuna abbord. L-ebda passiġġier Malti ma rriżulta li huwa pożittiv.

Il-midja Taljana qed tirrapporta li l-biċċa l-kbira tal-persuni infettati huma Taljani u m’għandhomx sintomi, tant li ma ntalbet l-ebda assistenza medika.

Il-vapur qiegħed fi triqtu lejn il-Port ta’ Palma de Mallorca, fi Spanja wara li ma’ tħallix jidħol fil-port ta’ Malta.

Sadanittant il-passiġġiera kollha jinsabu iżolati fil-kmamar tagħhom.

Ritratt: CNN

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com