67% Tal-Każijiet Pożittivi Tal-Covid-19 F’Malta Huma Kawża Tal-Varjant Omicron
Żewġ terzi tal-każijiet pożittivi tal-Covid-19 f’pajjiżna huma kawża tal-varjant il-ġdid, l-Omicron.
Dan ikkonfermah id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa, Chris Fearne fuq il-mezzi soċjali tiegħu, fejn qal li 67% tal-każijiet ġodda huma bil-varjant.
Huwa temm jgħid li l-vaċċinazzjoni u d-doża addizzjonali tal-vaċċin kontra l-Covid-19 hija kruċjali u importanti ħafna biex nibqgħu niġġieldu l-pandemija.
Two thirds (67%) of new covid cases currently sequenced in Malta are now #Omicron. Vaccination with #booster doses remains vitally important #BeBoosted pic.twitter.com/psASmRV2zo
— Chris Fearne (@chrisfearne) January 3, 2022