Abner Jinsab Fi Kwarantina U Mhux Se Jitla’ L-Qorti

Abner Aquilina, is-suspettat bil-qtil u l-istupru ta’ mara Pollakka f’Tas-Sliema jinsab fi kwarantina. Madanakollu, Abner se jkun qed isegwi l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontrieh permezz ta’ filmat dirett mill-awla f’kamra fl-Isptar Monte Carmeli.
Aquilina qed jiċħad li attakka u qatel lil Pauline Dembska lura fit-2 ta’ Jannar li għadda.
Il-kumpilazzjoni bdiet quddiem il-Maġistrat Marse-Ann Farrugia. In-nies fl-awla setgħu jaraw lil Abner fil-kamra tal-isptar permezz tal-filmat.