Agħżel It-Triq Tas-Sena L-Ġdida … Ħu R-Riegni F’Idejk

L-ewwel artiklu għas-sena 2022. L-ewwel għodwa minn sena ġdida. Spiss, kull sena naraw bosta riżoluzzjonijiet jittellgħu fuq il-midja soċjali. Min irid jagħmel id-dieta, min irid iwettaq ħolma, u min irid jagħmel oħra.
Ikun hawn bosta nies marbuta bi ktajjeb ġewwiena f’sitwazzjonijiet antipatki. Jistgħu jkunu relazzjonijiet, ħbiberiji jew mumenti ftit tad-dwejjaq.
Mhux faċli tinqata’ verament; iżjed u iżjed jekk ikun hemm il-qalb fin-nofs. Imma ftakar li ħajja waħda se jkollok. Dik hija tiegħek. Iba mil-lum, agħmel kuraġġ u ħares ‘il quddiem.
Gawdi l-ħajja b’mod pożittiv u tiddejjaqx tieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-ġid tiegħek.
Minn qalbna nawgurawlkom is-sena t-tajba.