Aidan B’Kanzunetta Bil-Malti Għall-Eurovision…“Ritmu”
Ftit tal-jiem ilu ġew mħabbra t-22 semifinalist tal-Malta Eurovision 2022. Fost il-kanzunetti, “RITMU” tal-kantant Aidan, tidher li hi l-unika kanzunetta kollha bil-Malti. Bosta sostnew li wasal iż-żmien li bħala Pajjiż għandna nkunu kburin bil-lingwa tagħna u nibgħatu kanzunetta bil-Malti għall-Eurovision.
Aidan, li s-sena l-oħra kellu l-akbar kanzunetta tas-sena “Naħseb Fik” qal fuq il-meżżi soċjali tiegħu li ilu jaħdem fuq dan il-proġett tul is-sena l-oħra, u ħeġġeġ lin-nies ikunu parti minn dar-ritmu.
Int, x’taħseb? Wasal iż-żmien li nkunu kburin b’dak li jagħmilna Maltin u nibgħatu kanzunetta bil-Malti għall-Eurovision?
Segwi l-lista tal-kanzunetti hawn taħt:
Aidan Cassar – “Ritmu”
Baklava ft. Nicole – “Electric Indigo”
Denise Mercieca – “Boy”
Derrick Schembri – “II”
Emma Muscat – “Out of Sight”
Enya Magri – “Shame”
Francesca Sciberras – “Rise”
Jade Vella – “Revelación”
Janice Mangion – “Army”
Jessica Grech – “Aphrodisiac”
Jessica Muscat – “Kaleidoscope”
Malcolm Pisani – “We Came for Love”
Mark Anthony Bartolo – “Serenity”
Matt BLXCK – “Come Around”
Miriana Conte – “Look What You’ve Done Now”
Nicole Azzopardi – “Into the Fire”
Nicole Hammett – “A Lover’s Heart”
Norbert Bondin – “How Special You Are”
Rachell Lowell – “White Doves”
Raquel Galdes Briffa – “Over You”
Richard Micallef – “Hey Little”
Sarah Bonnici – “Heaven”