Anzjana Ta’ 80 Sena Tilfet Ħajjitha Wara Li Sfat Milquta Minn Karozza Fil-Ħamrun
Anzjana ta’ 80 sena tilfet ħajjitha wara li sfat milquta minn karozza.
L-aċċident seħħ ilbieraħ, għall-ħabta tal-5.30pm, fi Triq Giovanni Barbara, il-Ħamrun.
Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li l-mara ta’ 80 sena mill-Ħamrun stess sfat milquta minn Peugeot 208 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 46 sena residenti Santa Venera.
Il-vittma ngħatat l-assistenza minn tim mediku u ttieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn ġiet ċċertifikata li kienet f’qagħda serja. Aktar tard matul il-lejl il-mara tilfet ħajjitha.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Astrid May Grima ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Din hija l-ewwel fatalità tas-sena f’inċident tat-traffiku.