Approvati L-Ismijiet Ta’ Żewġ Toroq Fil-Mosta Biex Ifakkru Lil Dr Victor Calvagna U Mons. Joseph Carabott

Fuq il-paġna ta’ facebook tal-Minority Leader tal-Kunsill Lokali tal-Mosta Keith Cassar, ittellgħu żewġ ritratti ta’ Mostin li kienu ferm maħbubin; Dr Victor Calvagna u tal-Monsinjur Joseph Carabott.
“Fl-aħħar laqgħa tal-Kunsill Lokali Mosta li nżammet nhar it-Tlieta li għaddiet, dawk preżenti approvajna b’mod unanimu żewġ proposti simili sabiex [1] Triq il-Bufula l-Hamra, tiġi Triq Dr. Victor Calvagna u [2] Triq Stivala tiġi Triq Mons. Joseph Carabott b’rikonoxximent u apprezzament tal-ħidma tagħhom fost l-komunità Mostija.”
Hekk qal Keith Cassar fejn spjega kif issa jmiss li ssir applikazzjoni mal-iStreet Naming Committee fi ħdan l-Electoral Commission of Malta.
Intqal li dawn il-proposti ġew imressqa mis-Sindku Romilda B. Zarb u minn Keith Cassar – Minority Leader fuq talba ġenerali tar-residenti.