Ara: Biswit Il-Palazz Tal-Gran Mastru Tista’ Ssib Dan Kollu!

 Ara: Biswit Il-Palazz Tal-Gran Mastru Tista’ Ssib Dan Kollu!

“Biswit il-palazz issa tista’ ssib dan kollu…”

Kien dan il-messaġġ espress mill-paġna fuq Facebook, ‘Belt Valletta’ li ta’ kuljum itellgħu informazzjoni u dak kollu li jkun għaddej fil-Belt Kapitali.

Verament li matul l-aħħar snin il-Belt Valletta ħadet spinta b’bosta ristoranti u stabbilimenti tad-divertiment li qajmu mhux ftit lill-Belt Kapitali tagħna, għalkemm il-pandemija reġgħet tat imbuttatura ‘l isfel. Però naħseb issa qed jinqabeż ċertu linja minn diversi stabbilimenti f’toroq partikulari fejn qed jintilef ir-rispett lejn l-istess Belt.

Il-paġna ‘Belt Valletta’ tellgħet ritratt ta’ Triq L-Arċisqof li tiġi biswit il-Palazz tal-Gran Mastru li bħalissa qed jiġi restawrat kompletament. F’dawn ir-ritratti wieħed saħansitra jista’ jara bankijiet minn skola armati propju mal-ħajt storiku tal-Palazz.

Apparti l-imwejjed, li minn naħa waħda tat-triq spiċċaw fuq iż-żewġ naħat wieħed jista’ jara kif din it-triq spiċċat armata b’tilqit ta’ mwejjed u siġġijiet, pjanti, fustuni, tabelli u aktar li ma’ jaqbilx mal-ambjent tal-Belt.

Din il-paġna temmet tgħid li “n-nuqqas ta’ rispett kulturali fil-kapitali qed jkompli jikber u issa laħaq livelli bla preċedent!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com