Bdejtu Toqogħdu Attenti X’Tieklu?
Ir-riżoluzzjoni l-iżjed famuża ta’ kull bidu tas-sena… li nibdew id-dieta. Min jaf kemm -il darba ngħiduha. Min jaf kemm niksruha mill-ewwel.
Imma kif jirnexxi l-pjan li tibda toqgħod attent x’tiekol? Forsi rridu nidraw ukoll nipreparaw ruħna mentalment u psikoloġikament. Il-kelma dieta; minnha nfisha taqtgħalna qalbna? Forsi ngħidu ‘healthy eating’ (ikel iżjed bnin għas-saħħa u tgħinna iżjed.
Ma rridux nistressjaw ruħna li bħal donnu għax għada ser nibdew id-dieta, mela llum l-aħħar tad-dinja. Nibilgħu kemm nifilħu biex naħżnu bħal ġemel.
Irridu wkoll ma nikkastigawx lilna nfusna. Jekk ħriġt u kilt xi ħaġa tajba, ma waqgħet id-dinja. Trid tgħix ukoll.
Min jaf?! Forsi jgħinuna dawn il-ħsibijiet? Intom x’taħsbu?