Bernard Grech Se Jkun Qed Jipproponi Lill-Perit Graziella Galea Biex Tieħu S-Siġġu Ta’ Thake
Wara l-konferma tar-riżenja tad-Deputat Nazzjonalista David Thake mill-Parlament, din ir-riżenja qed twassal għall-vakanza fil-grupp Parlamentari Nazzjonalista li trid timtela’ b’co-option.
Dan ġie konfermat mill-Kap tal-Oppożizzjoni, Bernard Grech fejn fi stqarrija qal li se jkun qed jipproponi l-istrutturi tal-Partit biex din il-vakanza timtela’ mill-Perit Graziella Galea.
Galea hija l-minority leader tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar u hija wkoll kandidat tal-Partit Nazzjonalista fuq it-12-il distrett.