Bħal-Lum Sar Terremot Li Laqat Lil Malta Sew U Kisser Ħafna Bini

 Bħal-Lum Sar Terremot  Li Laqat Lil Malta Sew U Kisser Ħafna Bini

Kien bħal-lum 11 ta’ Jannar tal-1693 meta terremot qawwi laqat lil Malta fis-2.00pm. Il-Katidral tal-Imdina ġġarraf u saret ħsara lill-Palazz tal-Belt, kif ukoll lill-Palazz tal-Isqof.

Fix-Xlendi f’Għawdex, il-baħar baqa’ ħiereġ ‘il barra u meta reġa’ lura, kaxkar kull ma sab quddiemu fix-xatt.

F’Ta’ Ċenċ f’Għawdex, nofs tomna raba’ nqatgħet mis-sies u baqgħet nieżla l-baħar.

L-Artist ċelebri Malti Chris Ebejer tenna li hija ħasra li f’pajjiżna dan ma jitfakkarx. Fi Sqallija, illum fit-3.00pm tindaqq mota bħala tislima.

Spjega kif rakkonti fi Sqallija miktuba minn soru, isemmu li l-Granmastru ta’ Malta bagħat konsenja ta’ ħobż u nfermiera biex jitimgħu u jdewwu lil eluf kbar ta’ Sqallin midruba fl-ibliet ta’ Noto, Ragusa, Modica, Catania, Siracusa u tant oħrajn.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com