“Biex Jattakka Lill-PM, Il-Kap Tal-Opożizzjoni Kellu Jmur Għal Kuntratt Tas-Sena 2001” – Il-PL
“Il-Kap tal-Oppożizzjoni li qabel daħal fil-politika ma kienx iħallas it-taxxi, qed jitkaża għax numru ta’ avukati tħallsu għax ħadmu, u ħallsu t-taxxa.
Biex jattakka lill-Prim Ministru, il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jmur lura għall-kuntratt li ngħata fis-sena 2001, fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista.
Il-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech irid jibbaża l-kampanji tiegħu fuq il-qerq. Hekk jagħmel min ikun f’paniku. Hekk jaġixxi min mhux kredibbli.”
Dan intqal mill-Partit Laburista fi stqarrija.