Bil-Filmat: Bosta Mħassba Dwar Filmat Xokkanti Li Juri Attakk Ta’ Bullying Fuq Tifla
Filmat xokkanti li qed jiċċirkola fuq il-mezzi soċjali juri grupp ta’ tfal fl-età ta’ 11 u 12-il sena jattakkaw tifla.
Il-filmat mxandar mis-sit Lovin Malta juri tifla tingħata daqqiet ta’ ponn u bis-sieq, kif ukoll jidher jinġibed xagħarha mill-aggressuri. Il-każ seħħ quddiem l-iskola li jattendu t-tfal.
Dan l-attakk fuq din it-tifla jidher li kien ippjanat minn qabel tant li kien iffilmjat minn xi ħadd kompliċi fl-attakk.
Din hija sitwazzjoni ta’ bullying gravi ħafna tant li l-ġenituri riedu li dan il-filmat jinxtered sabiex titqajjem kuxjenza.
Il-ġenituri faħħru wkoll l-azzjoni minn naħa tal-iskola fejn ħadet azzjoni immedjata. Dwar dan il-każ sar rapport l-għassa wkoll, però minħabba li l-aggressuri huma minorenni ftit wisq jista’ jsir.
Ara l-filmat:
View this post on Instagram