Bil-Filmat: Dan Il-Bini Qed Jibki Għar-Restawr – Fih Saħansitra Affreski Meraviljużi

Conrad Neil Gatt minn CNG Trekventures din il-ġimgħa żar Bieb is-Salvatur fid-daħla tal-Kalkara. Inbniet fis-seklu 18 fi żmien l-Ordni tal-Kavallieri ta’ San Ġwann.
Fil-filmat juri wkoll affreski mill-isbaħ fosthom ta’ San Ġużepp li huma ta’ valur imprezzabbli.
Kif għamel fis-sena li għaddiet, Conrad qal li ser ikompli juri lill-pubbliku x’joffru l-gżejjer Maltin fil-ġmiel ta’ wirt li nsibu fih.
Dan il-bini tassew jistħoqqlu attenzjoni u restawr mill-aktar fis.