Bil-Filmat: Fil-Brażil Taqa’ Blata Enormi Minn Irdum F’Akkwata Mimlija Turisti U Dgħajjes

 Bil-Filmat: Fil-Brażil Taqa’ Blata Enormi Minn Irdum F’Akkwata Mimlija Turisti U Dgħajjes

Fil-Brażil seħħ inċident tal-biża’ li forsi ġieli jgħaddielna minn moħħna imma naħsbu li qatt mhu se jasal. Hekk kif akkwata fejn tkun mimlija bid-dgħajjes tat-turisti, biċċa enormi mill-irdum ċediet u waqgħet fil-baħar.

Fil-filmat li ttella’, jinstema’ t-twerżieq tan-nies li kienu preżenti u jidhru xeni tal-biża’ hekk kif il-blat mess mal-ilma, ħoloq bħal splużjoni ta’ ilma u anke jidher li mess xi dgħajjes.

Intqal li f’dan l-inċident mietu 5 persuni, 32 jinsabu feruti u hemm madwar 20 persuna oħra li huma mitlufa.

Jidher li x-xita li laqtet lill-istat ta’ Minas gerais fil-Brażil, għenet lin-natura tal-irdum biex tespandi u twassal għal tifqiegħ fih, bil-konsegwenza li ċeda.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com