Bil-Filmat: Gabriel Illum Qed Jissaħħaħ U Jitbissem Iżjed – Jegħleb L-Isfidi Tal-Cerebral Palsy Kuljum

 Bil-Filmat: Gabriel Illum Qed Jissaħħaħ U Jitbissem Iżjed – Jegħleb L-Isfidi Tal-Cerebral Palsy Kuljum

“Qalb it- tbatijiet, dejjem sħaqna li ħajjet it-tifel tkun msawra bil-ferħ u ċelebrazzjoni ta’ ħajja prezzjuża mimlija mħabba, forza u ħeġġa li hu jagħraf l- isfidi tiegħu u xorta qalb id- diffikultajiet ta’ ħajja t’uġieħ fiżiku li kellu jġarrab sabiex propju jasal sal-punt li qiegħed fejn qed illum, xorta jibqa’ b’dik it- tbissima ħelwa ta’ tfajjel mimli imħabba għall-ħajja, għal ħutu, għal sħabu tal- iskola, u kull min dejjem appoġġjah.” Hekk tenniet magħna Marcelle, omm Gabriel li kellmitna dwar il-progress kbir li għamel f’dawn l-aħħar xhur.

Gabriel jinsab mdawwar b’ċerta għożża fosthom ukoll mit- terapisti tiegħu u l-għalliema li l-ħin kollu jaraw kif ser joħolqulħu tifsil ta’ programmi addattati biex Gabriel ikun inkluż.

Gabriel, illum qed jissaħħaħ, jgħix ħajja b’xejn uġieħ u għalkemm xorta baqa’ jaħdem biex  jeghleb ħafna sfidi tal- kundizzjoni tiegħu ‘Cerebral Palsy’, xorta jgħix ħajja mimlija ferħ. “L-istil tal-ħajja tagħmilha inti u skont kemm tippermetti li int tillimita ruħek!”, saħqet omm it-tfajjel.

Marcelle qaltilna li temmen li Alla fdahom bit-trobbija ta’ dan it-tfajjel fejn tgħallmu li l-ħajja hi sabiħa anke meta mhix faċli. “Xorta nitbissmu! Gabriel jissaħħaħ u jkompli jikber fil-qalb, fir-ruħ u l-familja ser tibqa’ warajh tul il-vjaġġ kollu bi tlajja u nżul. Gabriel Iva jitbissem!”

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com