Bil-Filmat: ‘’Ġesù Kien Musulman U Bħalu Kull Min Jimxi Mar-Rieda Ta’ Alla…’’ – L-Imam
“Kull min jimxi skond ir-rieda ta’ Alla huwa Musulman,” hekk stqarr l-Imam, Mohammed Elsadi waqt il-programm televiżiv Topik.
“Anke Ġesù, għalina kien Musulman ukoll għaliex kien jimxi skond ir-rieda ta’ Alla.” L-Imam kompla jispjega dan, hekk kif il-preżentatur Quinton Scerri staqsa, allura aħna kollha Musulmani?
L-Imam iwieġeb, “iva, għaliex l-Islam hija reliġjon li Alla għażel għad-dinja kollha, u jekk timxi skond ir-rieda ta’ Alla, iva, inti Musulman ukoll. Dik hija d-definizzjoni tal-Islam.”
L-Imam, Mohammed Elsadi tenna li l-Islam huwa stil ta’ ħajja. Meta mistoqsi jekk il-Papa jistax isejjaħlu Musulman ukoll, l-Imam irrisponda, “iva, għaliex huwa qed jimxi skond ir-rieda ta’ Alla wkoll.”
X’taħseb dwar dak li qal l-Imam fuq l-Islam?
Ara l-filmat: