Bil-Filmat: Ġieli Mort Fl-Għerien Li Hemm Mal-Irdum Ta’ Lapsi?

 Bil-Filmat: Ġieli Mort Fl-Għerien Li Hemm Mal-Irdum Ta’ Lapsi?

Bla dubju f’Malta wieħed jista’ jsib diversi postijiet ta’ interess kif ukoll postijiet tassew sbieħ b’veduti naturali tal-għaġeb.

Xi kultant mhux faċli li tasal f’dawn il-postijiet però b’filmati bħal dawn wieħed jista’ jagħmel kuraġġ biex jżur postijiet sbieħ bħal dawn bħala aventura.

Din il-ġimgħa l-esploratur Pierre Farrugia ħadna mixja mal-irdum ta’ Lapsi, limiti tas-Siġġiewi.

Ta’ minn wieħed jinnota diversi għerien li jinsabu propju f’dan l-irdum. Għerien kbar ħafna, b’veduti ta’ l-istampi.

Pierre qalilna li mhux faċli biex wieħed jasal, però b’attenzjoni u determinazzjoni wieħed għandu jagħmilha.

Ara l-filmat:

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.