Bil-Filmat: Il-Papa Jmur Huwa Stess Jixtri CD Minn Ħanut Fiċ-Ċentru Ta’ Ruma

 Bil-Filmat: Il-Papa Jmur Huwa Stess Jixtri CD Minn Ħanut Fiċ-Ċentru Ta’ Ruma

Li tmur Ruma u żżur il-Vatikan bil-possibilità li tara l-Papa diġà hija xi ħaġa diffiċli. Però li żżur Ruma u tiltaqa’ mal-Papa Franġisku ħiereġ minn ġo ħanut li jbigħ is-CDs hija xi ħaġa ħafna iktar diffiċli biex tinzerta. Però għal minn kien għaddej ġo Via della Minerva, ftit bogħod mill-Pantheon, ilbieraħ żgur li ma’ steniex li jara lill-Papa Franġisku ħiereġ minn dan il-ħanut.

Kien propju d-Direttur tal-Kamra tal-aħbarijiet ta’ Ruma, Javier Martínez-Brocal li rnexxielu jiġbed dan il-mument waqt li nzerta kien miexi f’din it-triq, f’dak il-mument.

Letizia, sid il-ħanut stqarret li l-Papa Franġisku ilu klijent tagħha għal bosta snin, kien għadu Kardinal.

“Kull darba li l-Papa jirfes l-għatba tal-ħanut għajnejja jibdew idemmgħu bl-emozzjoni,” qalet Letizia f’kummenti li tat wara.

Bla dubju l-mistoqsija hija, imma l-Papa x’tip ta’ mużika jħobb? U żammitlu flus?

Letizia qalet li l-Papa Franġisku jħobb jisma’ mużika klassika, u le, Letizia qalet li ma’ żammitlux flus tas-CD.

Ritratt u Filmat: Javier Martínez-Brocal

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com