Bil-Filmat: L-Imam Mistoqsi Dwar Persuni Gay…Ara X’Wieġeb!

 Bil-Filmat: L-Imam Mistoqsi Dwar Persuni Gay…Ara X’Wieġeb!

Waqt il-programm televiżiv Topik li kien qed jiddiskuti r-reliġjon tal-Islam ġew imwieġba diversi mistoqsijiet fosthom anke kif din ir-reliġjon tħares lejn persuni omosesswali.

Meta mistoqsi minn Quinton Scerri dwar dan is-suġġett, u x’jgħid lill-persuna gay jekk tmur titolbu parir dwar x’għandu jagħmel, l-Imam, Mohammed Elsadi qal li “dik il-ġibda l-bniedem għandu jirreżistieha biex huwa jimxi skond ir-rieda ta’ Alla.”

Il-preżentatur Quinton Scerri kompla jgħid li xi kultant minn ta’ età żgħira diġà jkunu jidhru li għandhom ġibda għall-persuni oħra tal-istess sess.

L-Imam dwar dan qal li Alla joħloqx persuni li għandhom ġibda għall-istess sess. “Jien naħseb li dak mhux mit-twelid naturali jkollu dik il-ġibda imma ħabba it-tagħlim, l-environment u l-influwenza mill-ġenituri u sħabhom,” qal l-Imam, filwaqt li kompla jgħid li “persuni gay huma projbiti f’diversi reliġjonijiet…allura kif Alla joħolqu hekk?”

“Jekk jiġi ġuvni u jgħidlek li għandu dawn il-ħsibijiet jew qed jattira ruħu lejn raġel ieħor, xi twieġbu?” staqsa Quinton Scerri.

L-Imam wieġeb li “jekk huwa l-qaddej ta’ Alla, irid jimxi skond it-tagħlim ta’ Alla, din hija xi ħaġa projbita, bħal jekk raġel jgħix ma’ mara u jkollu t-tfal barra ż-żwieġ.”

Ara l-filmat:

Matthew Pullicino

Insegwi b'mod attiv dak kollu li jkun qed jiġri, kemm lokali kif ukoll internazzjonali. Naffaxina ruħi bl-istorja, arti u kultura li għandna f'pajjiżna u dak kollu li huwa Malti. Naħdem ħafna qrib għaqdiet volontarji fil-qasam kulturali u l-esperjenza tiegħi f'dan ix-xogħol nieħu pjaċir naqsamha ma' ħaddieħor.