Bil-Filmat: ‘Lie Detector’ Jikxef Jekk Il-Politiċi Qattx Pejpu Ħaxixa…
Filmat ġdid li qed idur fuq il-mezzi soċjali juri wħud mill-Membri Parlamentari Maltin jirrispondu mistoqsijiet waqt li kienu mqabbda ma’ ‘lie detector’.
It-tim ta’ Gadgets staqsa diversi mistoqsijiet fosthom jekk f’ħajjithom qattx pejpu l-ħaxixa. B’sorpriża jew le nofshom irrispondew ħażin.
Il-Politiċi li ħadu sehem huma l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, Il-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, il-Viċi Kap tal-PN David Agius, u d-Deputati Chris Said u Claudette Buttigieg.
Ir-reazzjonijiet kienu mħallta, b’minn jagħti risposta fil-pront, minn jkun aktar diplomatiku u minn jinqabad li gideb.
Il-Ministru Miriam Dalli kienet pronta b’risposta “never” però ftit sekondi wara l-apparat indika li kienet qed tigdeb.
Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat irrisponda “iva” u fil-fatt kien qed jgħid il-verità.
Il-Ministru Byron Camilleri diġà kien għamilha pubblika li meta kien iżgħar kien pejjep il-ħaxixa u l-apparat ikkonferma r-risposta tiegħu.
Intant mill-PN David Agius u Chris Said irrispondew “le” fil-pront, però skond l-apparat tal-verità Agius kien qed jigdeb.
Claudette Buttigieg qalet li qatt ma’ pejpet ħaxixa, però irriżulta li kienet tigdeb. B’mod diplomatiku qalet li dejjem kienet tkun fil-kumpanija ta’ minn kien ipejjep.
Il-Kap tal-PN Bernard Grech ukoll b’mod diplomatiku prova joħroġ minnha billi qal “jista’ jkun li kont passiv smoker tal-ħaxixa.”
Ara l-filmat:
View this post on Instagram