Bil-Filmat: “Paulina Ħabbet Lil Malta … Ħabbet Ukoll lill-Annimali … “

 Bil-Filmat: “Paulina Ħabbet Lil Malta … Ħabbet Ukoll lill-Annimali … “

Qed inwasslu l-filmat tal-viġili li saru fil-promenade ta’ Tas-Sliema li xxandar mill-MaltaToday b’tislima u memorja lil Paulina Dembska li nqatlet nhar il-Ħadd li għadda 1 ta’ Jannar 2022; ftit sigħat biss wara li bdiet sena oħra. Sena, li min jaf kemm ilkoll ikollna ħolm u xewqat xi nwettqu matulha.

Dembska mill-Polonja kienet affaxxinat ruħha b’Malta. Il-post favorit tagħha kien il-promenade ta’ Tas-Sliema speċjalment l-akkwata fejn kienu jinġabru l-qtates li ta’ kuljum kienet titma’ u tħobb b’għożża kbira. Kienet ukoll qed tistudja l-Ingliż għal dawn l-aħħar 4 snin.

Dembska sfat vittma ta’ att kundanabbli; preċiżament allegatament ġiet maqtula minn Abner Aquilina ta’ 20 sena miż-Żejtun li sar fi Ġnien l-Indipendenza f’Tas-Sliema.

Bosta kienu dawk li nġabru biex isellmu lill-Pollakka Paulina Dembska. Bosta wkoll kienu r-reazzjoni li mlew il-midja soċjali Maltija u anke l-kmamar tal-aħbarijiet b’rabja, b’dieqa u b’sejħa biex tinħoloq iżjed kuxjenza dwar bosta suġġetti li tqajmu minn dan l-episodju xejn sabiħ.

Segwu hawnhekk:

Ritratt u filmat: MaltaToday

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com