Ċkejken Ta’ 14-Il Xahar Jiċċaċra Waqt Li L-Ħaddiema Tal-Protezzjoni Ċivili Nkwetati Biex Joħorġuh Minn Karozza Li Ssakkar Fiha

 Ċkejken Ta’ 14-Il Xahar Jiċċaċra Waqt Li L-Ħaddiema Tal-Protezzjoni Ċivili Nkwetati Biex Joħorġuh Minn Karozza Li Ssakkar Fiha

Iċ-ċkejken Brandon Emery ta’ 14-il xahar nissel tbissima fuq kulħadd hekk kif inqabad ġo karozza msakkra wara nuqqas ta’ ħsieb ġenwin li jista’ jiġri lil kulħadd.

L-omm ippannikkjata ċemplet lill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili li ppruvaw joħorġuh mill-karozza nkwetati li t-tifel kien se jippannikkja.

Iżda ġara l-kontra. Brandon Emery beda jiċċaċra hekk kif ra lil kulħadd imdawwar miegħu b’dak l-ilbies.

Il-każ ġara f’Cornwall l-Ingilterra ftit xhur ilu. Ġibnieha għaliex hija storja valida li fiha tagħlima; 1. naħsbu f’dak li nkunu qed nagħmlu minħabba li l-ħajja saret wisq mgħaġġla u kapaċi bi żball, ikun hemm konsegwenza kbar u koroh u 2. f’mument panikuż, m’hemm xejn aħjar milli żżomm il-kalma bħal dan iċ-ċkejken għaliex il-paniku ma jgħinx fis-sitwazzjoni li tkun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com