Dirett: Il-Prim Ministru Jinawgura L-Proġett Tas-Central Link

Il-Prim Ministru Robert Abela qed jinawgura l-proġett tas-Central Link. Dan huwa mistenni li jiffranka l-ħin tal-ivvjaġġar bin-nofs.
Huwa mifhum ukoll li t-tniġġis tal-emissjonijiet mill-vetturi, se jonqos b’żewġ terzi.
Il-proġett tas-Central Link jinkludi għaxar kilometri ta’ passaġġi ġodda għall-mixi kif ukoll erba’ kilometri ta’ karreġġjati għaċ-ċiklisti.
Preżenti wkoll il-Ministru għall-Infrastruttura, it-Trasport u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastruttura Malta Frederick Azzopardi.