Dun David Muscat Iwieġeb Mhux Ħati Tal-Akkużi Mressqa Kontrih
Dalgħodu beda jinstema’ il-każ fil-Qorti fil-konfront ta’ Dun David Muscat fejn qed ikun akkużat b’diskors ta’ mibegħda u użu ħażin tat-teknoloġija. Dan wara kummenti dispreġġjattivi fuq persuni gay.
Dun David Muscat ta’ 51 sena, wieġeb mhux ħati għal dawn l-akkużi miġjuba kontrih mill-Pulizija, filwaqt li għażel id-dritt tas-silenzju.
Il-Maġistrat Ian Farrugia qal li l-Qorti se tkun qed tibda tisma’ l-provi fl-4 ta’ Marzu. Huwa qal ukoll li hemm bżonn li nużaw aktar għaqal fil-kummenti li jinkitbu. “Xi ħaġa li tingħad minn Dun David trid tingħata u ġġorr ħafna piż”, qal il-Maġistrat Farrugia.
Dawn it-tip ta’ akkużi jġorru magħhom minn sentenza sospiża f’każ ta’ ammissjoni, sa multa ta’ eluf ta’ ewro u saħansitra anke ħabs, b’piena massima ta’ 18-il xahar.
Għal Dun David Muscat deheru l-Avukati Maria Mula u Chris Attard filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Kylie Borg.