Fl-Italja Anzjan Ta’ 88 Sena Ħareġ Pistola Biex Jidħol Jixtri Ġelat Għax Ma’ Kellux Ċertifikat Tal-Vaċċin

 Fl-Italja Anzjan Ta’ 88 Sena Ħareġ Pistola Biex Jidħol Jixtri Ġelat Għax Ma’ Kellux Ċertifikat Tal-Vaċċin

Naplitan ta’ 88 sena ġie arrestat f’Casoria, l-Italja wara li ried jiekol ġelat minn McDonald’s iżda ma’ kellux ċertifikat tal-vaċċin biex jidħol.

Il-midja Taljana rrapportat li x’ħin mitlub iċ-ċertifikat mal-bieb tar-ristorant, l-anzjan qal li ma’ kellux però ma’ ridtx jitlaq minn hemm għax ried jieħu ġelat akkost ta’ kollox. Meta reġa’ ġie mitlub iċ-ċertifikat biex jkun jista’ jidħol huwa kien pront ħareġ pistola u pponta lejn l-uffiċjal tas-sigurtà li kien hemm.

F’dan il-mument inħolqot tensjoni kbira quddiem dan l-istabbiliment però l-uffiċjali tas-sigurtà baqa’ kalm u kkonvinċa lill-anzjan biex iniżżel l-arma u mar lura d-dar tiegħu.

Huwa ġie rrapportat lill-Pulizija fejn wara li x-xhieda taw deskrizzjoni tiegħu marru għalih id-dar tiegħu.

Hawnhekk ukoll l-anzjan ma’ ridtx jiftaħ il-bieb u l-Pulizija spiċċaw kellhom jisgassaw il-bieb biex jarrestaw lill-anzjan ta’ 88 sena u ġew ikkonfiskati l-arma u l-munizzjon li kellu.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com