Franza Tapprova Wkoll Il-Pass Tal-Vaċċin Biex Tidħol F’Postijiet Pubbliċi

 Franza Tapprova Wkoll Il-Pass Tal-Vaċċin Biex Tidħol F’Postijiet Pubbliċi

Kmieni dalgħodu l-Parlament Franċiż approva l-liġi tal-pass tal-vaċċin b’214-il vot favur, 93 kontra u 27 astensjoni.

B’din il-liġi dawk il-persuni minn 12-il sena ‘l fuq ħa jkollhom bżonn iċ-ċertifikat tal-vaċċin biex jkunu jistgħu jidħlu f’restoranti, bars, gyms, teatri u kwalunkwe post pubbliku ieħor inkluż trasport pubbliku.

Din il-liġi mistennija tidħol fis-seħħ lejn nofs Jannar.

Fi Franza l-każijiet qed ikomplu jiżdiedu b’mod allarmat hekk kif ilbieraħ biss kienu r-rapportati 332,252 każ ġdid ta’ Covid-19, bin-numru ta’ pazjenti fl-isptarijiet jkompli tiela’.

Il-Ministru għas-Saħħa Iliver Veran qal li madwar 5% tal-pazjenti jinstab li jkollhom ċertifikat tal-vaċċin falz. B’hekk b’din il-liġi se tkun qed tiżdied il-multa għal dawk li jinqabdu b’ċertifikat falz.

Ilbieraħ il-President Franċiż Emmanuel Macron qajjem kontroversja sħiħa dwar din il-liġi hekk kif qal li jrid “jagħmel il-ħajja diffiċli” għal min mhux imlaqqam kontra l-Covid-19.

Ritratt: Euronews

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com