Ftit Sigħat Qabel Il-Ġuri Tal-Koħħu, Darren Debono T-Topo Jammetti L-Involviment Tiegħu Fil-Hold-Up Tal-HSBC
Darren Debono magħruf bħala t-Topo għadu kemm ammetta l-involviment tiegħu fil-hold-up fuq il-kwartieri ġenerali tal-HSBC fl-2010. Huwa mistenni li jiġi kkundannat 10 snin ħabs.
Darren Debono għażel li jammetti lejliet il-ġuri ta’ dan il-każ.
It-tliet akkużati f’dan il-hold-up kienu Darren Debono, Vince Muscat u Fabio Psaila li qed ikunu ikkunsidrati bħala l-imħuħ wara din l-attentat ta’ serqa fuq l-HSBC.
Jidher li Debono tressaq il-Qorti b’urġenza llejla.
Għada quddiem l-Imħallef Giovanni Grixti se jkun qed jinstema l-ġuri ta’ Vince Muscat il-Koħħu li diġà jinsab il-ħabs b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Imħallef Grixti se jkun qed jiddeċiedi dwar l-ammissjoni ta’ Debono fejn wara jkun mistenni li jixhed fil-ġuri.
Dakinhar tal-attentat tas-serqa kienu ġew sparati 65 tir lejn il-Pulizija li kienu marru fuq il-post fil-ħin biex jisfrattaw din is-serqa.