“Għadu Kmieni Biex Il-Covid Tkun Trattata Bħall-Influwenza Komuni” – WHO

Għadu kmieni wisq biex il-pajjiżi jittrattaw il-Covid bħala marda komuni bħall-influwenza.
Dan qalitu l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fejn saħqet li għad “fadal ħafna mistoqsijiet u inċertezza” speċjalment dwar il-varjant tal-Omicron.
B’din ir-rata l-Omicron sa xahrejn oħra se jkun infetta aktar minn nofs il-popolazzjoni Ewropea. Dan qalu dalgħodu waqt intervista d-Direttur taż-żona Ewropea għall-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, Hans Kluge.
L-Ewropa rat aktar minn 7 miljun każ ġdid tal-Covid fl-ewwel ġimgħa tal-2022.
Ritratt: Sky News