Għaliex It-Turisti Jżuru Dubai?
Għaliex ħafna jżuru Dubai? Għall-vaganza?
Ħafna min-nies li jżuru Dubai huwa biex jaraw kif se jibdew negozju ġdid. Hemm il-ġid. In-nies tal-pajjiż jgħidulek li l-maġġoranza taċ-ċittadini huma sinjuri.
Bla dubju hemm it-turist li jmur biex igawdi l-atmosfera, ix-xemx u t-temp u jara dak li jimmeraviljah fl-istampi.
Il-post huwa magħruf għall-attrazzjonijiet li għandhu fosthom il-Burj Khalifa li jitqies bħala l-ogħla bini fid-dinja kif ukoll is-‘shopping malls’, l-akkwarji sbieħ li ssib fil-ħwienet u saħansitra skiing resorts fuq ġewwa.
Il-lussu jibqa’ l-fatt komuni li n-nies iżuru Dubai. Xi ftit ritratti għall-midja soċjali ma jonqsux. Ristoranti u hotels mill-isbaħ li jħajruk iżżurhom.
Int qatt mort Dubai?
Bilħaqq, kontu tafu li dan kollu sar mill-bniedem? Ara kif kien Dubai qabel… il-post li ttrasforma ruħu fi żmien 20 sena. Interessanti hux?!