“Għandi Fiduċja F’Suldat Tal-Azzar Bħalek…” – Jade Cini Titlob Lil Kulħadd Biex Iżomm Lil Missierha Fit-Talb Tiegħu
Miss Universe Malta Jade Cini sejħet għall-appoġġ u t-talb tas-segwaċi tagħha hekk kif missierha Reginald Cini għaddej minn żmien diffiċli minħabba saħħtu.
Reginald Cini, magħruf aħjar bħala Reggie Cini, jibqa’ magħruf fost id-dilettanti tal-futbol bħala wieħed mill-aqwa gowlers li qatt kellna f’Malta, u kien ukoll gowler għat-tim nazzjonali fil-passat.
“Minkejja t-terbulenzi li kellna bejnietna u d-differenzi tagħna għażilt li nibqa’ miegħek fl-agħar żminijiet għax dik hija l-familja,” kitbet bintu, Jade Cini fuq il-mezzi soċjali tagħha.
Hija talbet lil kulħadd biex iżomm lil missierha fit-talb u l-ħsibijiet tiegħu.
“Is-saħħa tiegħu tinsab f’riskju u l-affarijiet ma jidhrux sbieħ, imma għandi fiduċja f’suldat tal-azzar bħalek,” temmet tgħid Jade Cini.
Fi ftit sigħat mijiet ta’ kummenti nkitbu sabiex juru s-sapport tagħhom lill-familja Cini, b’kummenti ta’ kuraġġ f’dan il-mument diffiċli għalihom.
Kuraġġ Reggie!