Ġmiel Ta’ Arti Ġdida Fil-Knisja Tal-Baħrija B’Tifsira Lit-Tagħlim Tal-Vanġelu

 Ġmiel Ta’ Arti Ġdida Fil-Knisja Tal-Baħrija B’Tifsira Lit-Tagħlim Tal-Vanġelu

L-artist żagħżugħ Jennings Falzon lesta żewġ skulturi moderni fil-knisja tal-Baħrija jagħtu tifsira kontemporanja lit-tagħlim tal-Vanġelu.

Din il-knisja tal-Baħrija hija iddedikata lil San Martin, u titmexxa mir-Rettur Patri Agostinjan Ray Francalanza.

Iż-żewg skulturi, li għandhom qies ta’ 4 piedi bi 8, jinsabu elevati mal-ġenb fuq kull naħa tal-artal. Ilhom jinħadmu madwar sena u nofs wara li saru l-abbozzi u anke saret konsultazzjoni mal-komunità.

“Bdejna ċertu riflessjoni u għedna barra li nagħmlu ħaġa li tkun artistikament sabiħa nsibu tema li twassal messaġġ. U wara diskussjonijiet li bdejna nagħmlu fil-komunità, li involviet ruħha ħafna, qed nitkellmu minn 3 snin ilu mindu beda l-proċess, għedna li l-aktar żewġ temi importanti għan-nisrani huma l-ewkaristija u d-djakonija. Fis-sens li l-bniedem li qed jiltaqa’ ma’ Ġesu, u l-artist hekk għamlu, qed jistieden in-nies jiġu għandu. Ejjew għandi” – Patri Ray Francalanza

L-iskulturi huma parti minn proġett aktar wiesgħa li qed isir taħt id-direzzjoni ta’ Patri Ray Francalanza.

F’nofs Jannar Monsinjur Arċisqof Charles Scicluna se jiltaqa’ mal-parruċċani tal-Baħrija u anke se jbierek dawn iż-żewġ skulturi moderni li joħolqu riflessjoni dwar is-sagrament tal-ewkaristija u l-ispirtu ta’ qadi li n-nisrani għandu jgħix fil-ħajja ta’ kuljum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com