Green Pass: Inizjattiva Ambjentali

 Green Pass: Inizjattiva Ambjentali

L-Onor. Anthony Agius Decelis, Membru Parlamentari u Kandidat Laburista fuq il-11 u it-12 id-Distrett illum nieda inizjattiva ambjentali bl-isem ta’ Green Pass.

Green Pass huwa proġett pilota li jħeġġeġ lill-familji Maltin sabiex inaqqsu l-użu tal-plastik fil-ħajja ta’ kuljum, jippromwovi t-tnaqqis tal-iskart, kif ukoll modi innovattivi ta’ riċiklaġġ.

L-Onor. Anthony Agius Decelis sostna li jemmen li l-ambjent ta’ madwarna huwa wirt kollettiv li writna minn għand missirijietna, liema wirt se jiġi mgħoddi ukoll lil uliedna u ulied uliedna. Huwa stqarr li lkoll jeħtieġ nagħtu ssehem tagħna sabiex nieħdu ħsieb l-ambjent bl-aħjar mod possibbli.

Għal dan il-għan l-Onor. Agius Decelis nieda l-inizjattiva Green Pass u ħeġġeġ lil dawk li jixtiequ jnaqqsu l-iskart domestiku, kif ukoll l-użu tal-plastik sabiex jissieħbu miegħu f’din il-kampanja.

Bis-saħħa ta’ din il-kampanja, l-Onor. Agius Decelis spjega li “se nkunu nistgħu naqsmu flimkien ideat, prattiċi, kif ukoll l-esperjenzi tagħna sabiex flimkien nnaqsu l-konsum tal-plastik u l-iskart u nħarsu l-ambjent ta’ madwarna… għal ġid tagħna u t’uliedna. Għaldaqstant inħeġġek tissieħeb ma’ din il-kampanja sabiex Flimkien Nagħmlu Differenza!”

Wieħed huwa mħeġġeġ jissieħeb ma’ din il-kampanja billi jagħmel kuntatt fuq 79555799 jew [email protected].

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com