Ħaddiem Jinqaleb B’Makkinarju U Jsofri Ġrieħi Gravi Fil-Gudja

Ħaddiem ta’ 43 sena sofra ġrieħi gravi f’inċident fuq il-post tax-xogħol.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-5:45pm, fi Triq Bir Miftuħ, il-Gudja.
Ir-raġel mill-Kosta tal-Avorju, residenti Ħal Qormi nqaleb b’makkinarju li kien qed iħaddem.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.