Id-Dilettanti Tal-Ġimgħa L-Kbira Ħerqana Biex Jaraw X’Se Jsir Din Is-Sena

 Id-Dilettanti Tal-Ġimgħa L-Kbira Ħerqana Biex Jaraw X’Se Jsir Din Is-Sena

Bosta huma dawk li għandhom id-delizzju tagħhom marbut mal-festi reliġjużi fosthom il-festi. Bla dubju, imiss il-Karnival u dlonk imbagħad nidħlu fi żmien sagru bir-Randan li jwassalna għall-Ġimgħa Mqaddsa.

Bla dubju l-mistoqsija fil-moħħ tad-dilettanti huwa x’ser jiġri din is-sena. Jekk din is-sena ma ssirx, ikun ifisser li għat-tielet sena tlifna l-esperjenza għal darb’oħra ta’ dan iż-żmien li apparti li huwa reliġjuż, huwa wkoll kulturali u marbut sew ma’ pajjiżna.

Il-preparamenti qed ikunu mdendla minn sena għall-oħra. Bla dubju, attivitajiet oħra qed isiru u għalhekk, dawn id-dilettanti spiss qed jistaqsu meta se jmiss lilhom ukoll biex jgħixu dawn il-mumenti kulturali u reliġjużi sbieħ.

Intom x’taħsbu dwar dan? Wasal iż-żmien li kollox jibda jsir bħal ma konna mdorrijin bih qabel?

Ritratt: Maltatina

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com